Iċċelebrata quddiesa fl-okkazzjoni tal-209 anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija
“Il-Korp tal-Pulizija għandu jimxi b’mod ġust u ma jħares lejn wiċċ ħadd.”
Dan qalu l-Arcisqof Charles J. Scicluna hekk kif l-Erbgħa filgħodu ġiet ċċelebrata quddiesa fl-okkazzjoni tal-209 anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija.
“Jalla intom u tisimgħu l-għajta tad-dieqa ta’ ħutna tagħtuha widen. Nappellalkom biex tkunu l-widna tas-soċjetà tagħna u tisimgħu l-għajta tad-dieqa u ta’ qsim il-qalb li titlob il-ħniena ta’ ħutna, u li tirrispondu għaliha b’mod effikaċi, mingħajr ma tħarsu lejn uċuħ, b’sens kbir ta’ ġustizzja, ta’ kompetenza u b’sens kbir ta’ dinjità ta’ kull wieħed u waħda minna,” sostna l-Arċisqof Charles Scicluna.
L-Arcisqof Charles J. Scicluna appella lill-Korp tal-Pulizija sabiex dan is-sens ta’ lealtà ikun dejjem preżenti f’qalbhom u l-formazzjoni tal-ġenerazzjonijiet il-ġodda tkun ibbażata fuq ir-rispett lejn id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u lejn il-liberatjiet taċ-ċittadin.
Preżenti għal din il-quddies kien hemm fost l-oħrajn il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Vellla, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Joe Giglio kif ukoll il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa.
//= $special ?>