Lokali Parlament

L-Ispeaker iżomm lil Isabelle Bonnici milli tidħol il-Parlament bir-ritratt ta’ binha

L-Ispeaker tal-Parlament Anglu Farrugia ma aċċettax li fil-Parlament jiddaħħal ir-ritratt ta’ Jean Paul Sofia. Dan hekk kif illejla jittieħed il-vot fuq il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex issir Inkjesta Pubblika.

Kienet Isabelle Bonnici innifisha illi tat din l-informazzjoni fuq il-media soċjali.

Hi qalet li l-Ispeaker ma ħallijiex tidħol bir-ritratt ta’ binha fil-Kamra tad-Deputati.

Il-ġimgħa li għaddiet, mhux talli dan ir-ritratt iddaħħal talli tpoġġa f’nofs il-Kamra fuq talba li saret mill-whip Nazzjonalista Robert Cutajar.