Toni Bezzina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li Malta għandha tibqa’ żżomm id-drittijiet tagħha fiż-żona tal-baħar tagħha anki fejn hemm kontestazzjonijiet minn pajjiżi oħra.
Fil-parlament, Toni Bezzina qal li pajjiż li jiddikjara ż-żona ekonomika esklussiva ġġib magħha attività partikoalri fosthom l-industrija tat-tkabbir tal-ħut li issa tista tkun rilokata iktra ‘il barra biex b’hekk ikunu evitati l-effetti negattivi li din l-indutrija tħalli meta l-baħar ikun ‘l ġewwa. Hu qal li Malta għandha tibqa’ tiġġeled għad-drittijiet tagħhom fil-kuntest taż-żona Maltija. Toni Bezzina staqsa x’qed isir dwar it-tfittix għaż-żejt fl-ibħra Maltin għaliex hemm kumpaniji li huma interessati li jfittxu fl-ibħra Maltin.
//= $special ?>