Stewart Said
SIRENS…………………………… 12
VALLETTA IZIBET………… 13
(3-5), (3-3), (5-5), (1-0)
Rebħa importanti għal Valletta Izibet hekk kif rebħu dak li hu deskritt bħala konfront dirett għar-raba’ post. Sirens pattew qares għal raqda ta’ nofs sessjoni u wara kienu kostretti li jiġru wara r-riżultat. Dan kien wieħed mill-isbaħ konfronti tal-istaġun bejn żewġ timijiet bilanċjati.
Valletta kellhom l-aqwa bidu possibbli u sa nofs l-ewwel sessjoni kienu diġà marru 5-0 minn fuq. Sirens stenbħu wara r-raqda inizjali u sa tmiem is-sessjoni naqqsu d-distakk għal 5-3 b’gowls tal-barranin Matyas Pasztor u Pietro Figlioli. Fit-tieni sessjoni, Sirens daħlu aktar fil-logħba għalkemm Valletta bnew vantaġġ ta’ tliet gowls darbtejn meta kienu 7-4 u 8-5 fil-vantaġġ.
It-tielet sessjoni kienet karatterizzata minn botta u risposta. Valletta kellhom vantaġġ ta’ 11-8 f’mument waqt is-sessjoni. Sirens naqqsu darbtejn id-distakk iżda Valletta wieġbu mill-ewwel sakemm il-gowl ta’ Jake Cachia ħalliehom jittamaw.
Jerome Zerafa Gregory fetaħ tamiet ġodda li Sirens isalvaw il-logħba hekk kif kien għad fadal il-ħin fl-aħħar sessjoni. Iżda minkejja l-isforzi u l-okkażjonijiet li kellhom, Sirens ma sabux gowl li jevitalhom it-telfa, f’logħba li kellha tmiem eċċitanti.
Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan (1), P. Figlioli (2), J. Zerafa Gregory (1), G. Farrugia (2), M. Chircop (1), G. Melillo, M. Cutajar, M. Pasztor (3), M. Sciberras (1), M. Azzopardi, M. Bonello Dupuis, J. Cachia (1), G. Sammut
Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines, D. Rizzo (1), J. Cassar (2), S. Busuttil, A. Vlahovic (4), D. Paolella (1), I. Nagaev (4), S. Micallef, A. Agius, K. Borg (1), K. Cremona, A. Theuma, M. Demarco, J. Chircop
Referees: Peter Balzan, Danilo Mazzoccoli
BIRŻEBBUĠA FREEPORT…… 16
MARSAXLOKK BROWN’S….. 15
(2-5), (6-4), (3-4), (5-2)
Birżebbuġa Freeport telgħu waħedhom fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni hekk kif ħarġu rebbieħ fil-konfront dirett. Mertu b’mod speċjali għal Birżebbuġa li rkupraw wara bidu inċert, bl-Ungeriż Balasz Erdelyi fost il-protagonisti.
Doppjetta ta’ Nikola Moskov tat vantaġġ ta’ 5-2 lil Marsaxlokk, liema vantaġġ kiber għal 6-2 fit-tieni sessjoni. Birżebbuġa daħlu fil-logħba u wara li naqqsu d-distakk għal 6-4 u 7-5, b’doppjetta ta’ Erdelyi resqu gowl bogħod għalkemm ix-Xlukkajri baqgħu minn fuq.
Birżebbuġa marru parzjalment minn fuq fit-tielet sessjoni sakemm Moskov, Sasa Misic u Ben Zammit poġġew lil Marsaxlokk 13-10 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni, it-tim ta’ Pierre reġa’ beda joqrob ftit ftit lejn l-avversarji u b’gowl ta’ Brguljan u tnejn oħra minn Erdelyi marru 15-14 minn fuq. Moskov ġab id-draw iżda Erdelyi skorja l-gowl rebbieħ anqas minn minuta għat-tmiem.
Birżebbuġa: M. Sladden, P. Borg (1), N. Cassar, B. Grech, D. Brguljan (5), M. Manara, D. Cutajar, B. Erdelyi (9), K. Tanti (1), G. Mannino, M. Curmi, C.D. Borg, J. Sciberras, D. Farrugia
Marsaxlokk: M. Farrugia, C. Cutajar, B. Zammit, M. Farrugia, N. Moskov (7), J. Valletta (1), M. Zammit (1), M. Aquilina, R. Galea (2), S. Misic (3), E. Bonnici, L. Mallia (1), S. Mifsud, A. Cook, G. Gatt
Referees: Massimo Angileri, Danilo Mazzocoli
BARRACUDAS……………………. 5
TA’ XBIEX AMIGOS…………… 18
(1-3), (0-4), (2-6), (2-5)
Tasal l-ewwel rebħa tal-istaġun għal Ta’ Xbiex Amigos f’konfront bejn iż-żewġ timijiet tal-qiegħ fl-Ewwel Diviżjoni. Konfront li fih Ta’ Xbiex ikkontrollaw u qatt ma kienu f’periklu li setgħu jitilfu l-logħba.
Ta’ Xbiex rebħu l-ewwel sessjoni 3-1 u kkonsolidaw il-vantaġġ b’erba’ gowls oħra li waslu minn doppjetta ta’ Mattias Ortoleva, Kristijan Milakovic u Uros Vasic.
It-tim ta’ Stephen Rizzo aċċerta mir-rebħa fit-tielet sessjoni meta l-vantaġġ kiber minn 9-3 għal 13-3, bl-erba’ gowls konsekuttivi waslu minn erba’ plejers differenti. Ta’ Xbiex żammew l-istess rendiment fl-aħħar sessjoni b’Uros Vasic jispikka bi tripletta.
Barracudas: I. Schembri, A. Piccione, A. Magri, P. Micallef (1), D. Ciantar, R. Sciortino, I. Gusarov (1), R. Latinovic (2), C. Bugeja, S. Apap, A. Mifsud, T.J. Mifsud (1), M. Borg, T. Perici Ferrante, W. Ruggier
Ta’ Xbiex: M. Vassallo, L. Montebello Brownrigg (1), L. Grech Carr, K. Grech, R. Mock (1), J. Saliba, K. Milakovic (2), U. Vasic (8), J. Culic, Z. Bartolo (2), J. Farrugia, G. Galea Curmi, M. Ortoleva (4), K. Agius
Referees: Neville Mercieca, Alessio Nicolai
//= $special ?>