Lokali

Żewġ persuni jsofru ġrieħi gravi f’ħabta bejn żewġ karozzi

Żewġ persuni ttieħdu għall-kura l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident li seħħ dalgħodu għall-ħabta tan-nofs siegħa fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tal-għamla Renault Megan misjuqa minn raġel ta’ 28 sena residenti Marsaskala u vettura oħra tal-għamla Landrover Discovery misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Mellieħa.

Iż-żewġ xufiera sofrew xi ġrieħi u ngħataw l-għajnuna minn tim mediku. Huma ttieħedu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin