Futbol Sport

Balzan jiksbu rebħa u jiskorjaw erbgħa kontra Domzale fl-Islovenja

DOMZALE…………..1

BALZAN………………4

Domzale: G.Trantik, M. Mutavcic, A. Nwankwo, A. Djuric, J. Dapo, B. Markus, D. Sturm (L. Topalovic 58′), Z. Repas, E. Jularzija (J. Pisek 46′) (Z. Husmani 64′), F. Kovacevic, M. Kristovski (G. Cerne 80′)

Balzan: D. Golovic, N. Braunovic, S. Arab, M. Raso, I. Bozovic, T. Caruana, P. Fenech (R. Michibuchi 61′), J. Grech, A. Andrejic (N. Zerjal 83′), A. Torres, P. Olawale (M. Aguek 71′)

Imwissija: A. Djuric 45+1′ (DMZ), J. Grech 23′, N. Braunovic 34′, A. Andrejic 38′, T. Caruana 57′ (BLZ)

Tkeċċa: Z. Husmani 88′ (DMZ)

Skorjaw: A. Andrejic 8′, J. Grech pen 44′, P. Olowale 53′, N. Zerjal 90+4′ (BLZ), K. Kovacevic pen 57′ (DMZ)

Referee: Paul Mclaughlin (IRL)

Assistenti Referees: Darragh Keegan u Christopher Campbell (IRL)

Fl-Islovenja, Balzan għamlu kapolavur u wieħed jista’ jgħid li għanhom sieq ġewwa għall-kwalifikazzjoni għar-round li jmiss meta għalbu lil Domzale bl-iskor ta’ 4-1. Riżultat mill-aqwa miksub barra minn darhom fi Sportni Park b’żewġ gowls f’kull taqsima.

Wara biss 8 minuti, Aleksa Andrejic għeleb lil Tratnik biex fetaħ l-iskor għal Balzan. Fl-44 minuta l-iskor sar 2-0 minn penalty mgħoti u skorjat minn Jake Grech li għeleb mill-ġdid lil Gasper Tratnik.

Fit-53 minuta minn azzjoni ta’ korner mogħti minn Jake Grech, kien Peter Olowale li kompla jkabbar l-iskor għal 3-0 b’daqqa ta’ ras.

Reazzjoni minn Domzale li fis-57 minuta minn penalty kien Franko Kovacevic li għeleb lil Danilo Golovic biex naqqas l-iskor. Fit-88 minuta tkeċċa għal Domzale Zeni Husami u Balzan approfittaw tant li fl-94 minuta minn azzjoni ta’ Angel Torres kien is-sostitut Nikola Zerjal li għalaq il-partita għal skor finali ta’ 4-1 favur it-tim immexxi minn Oliver Spiteri.