Lokali

“Bżonn li nkattru mentalità li tappoġja lill-mara”- Bernard Grech

“It-tlugħ hi l-mentalità. Wasla qatt mhu se jkolna għax se nkomplu naħdmu, għalina l-bniedem għandu jkun fiċ-ċentru tagħna”

Kien dan il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech meta indirizza konferenza dwar ir-rata baxxa tat-twelid f’Malta li ġiet organizzata mill-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem fil-Parlament.

Fid-diskors tieghu, Bernard Grecch semma’ kif il-mentalità li l-mara trid tlaħħaq ma’ kollox trid tinqata’ biex pajjiżna jirnexxilu jibda miexi ‘l quddiem.

“Uħud jippretendu li l-mara tibqa’ taħdem iżda tieħu ħsieb id-dar u l-familja fl-istess ħin. Mentalità li trid tinbidel.”

Malta rreġistrat l-inqas rata ta’ fertilità fl-Unjoni Ewropea b’rata ta’ 1.13… fost popolazzjoni li iktar ma jmur iktar qed tiżdied, tant li issa laħqet kważi l-519,000 persuna; bil-maġġoranza tal-popolazzjoni tkun irġiel.

Skont statistika li ħarġet riċentament, il-maġġoranza tal-barranin huma Ażjatiċi. U pajjiżna jibqa’ l-iktar pajjiż b’popolazzjoni kbira fost il-pajjiżi l-oħra Ewropewj b’Malta għandha madwar 1,600 persuna kull kilometru kwadru, meta tqabbel mal-Olanda li tinsab fit-tieni post – b’500 persuna kull kilometru kwadru.

Fil-konferenza intqal kif dan l-ammont kbir fil-popolazzjoni qed iwassal biex ikun daqqa kontra l-għixien dinjituż.

Intqal ukoll kif illum qed naraw li il-valur tal-familja, il-ħin liberu u s-sens ta’ komunità ittieklu. U ħafna m’għandhomx aktar ħin għalihom personali.

Bil-PN qed jipproponi kwalità tal-ħajja aħjar fejn il-familji jitpoġġew fiċ-ċentru tal-politika.