Sport Sport Ieħor

Ċikliżmu: Il-Belġjan Jasper Philipsen jirbaħ il-11-il stadju tat-Tour de France

(Ritratt: EPA)

Il-ħdax l-istadju tat-Tour de France kien bejn Clermont Ferrand u Moulins fuq distanza ta’ 180 kilometru.

Fl-ewwel post daħal Jasper Philipsen tal-Belġju għal Alpecin f’4 sigħat, minuta u 7 sekondi fi sprint fuq il-grupp.

It-tieni post ingħata lil Dylan Groenewegen tal-Olanda għal Team Jayco Alula. Fit-tielet post temm il-Ġermaniż Phil Bauaus għal Bahrain Victorious.

Fil-klassifika ġenerali wara l-ħdax-il istadju Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Jumbo Visma baqa’ fl-ewwel post b’ħin totali ta’ 46 siegħa, 34 minuta u 27 sekonda b’distakk vantaġġ ta’ 17-il sekonda fuq is-Sloven Tadej Pogacar ta’ UAE Team Emirates filwaqt li l-Awstraljan Jai Hindley għal Bora Hansgrohe jinsab b’distakk ta’ 2 minuti, 40 sekonda.

It-tnax-il istadju fuq distanza ta’ 169 kilometru huwa bejn Roanne u Belleville-en-Boujolais.