Oppożizzjoni li fl-aħħar xhur kienet b’saħħitha fil-Parlament. Partit li qed jappoġja l-appell ta’ omm illi trid ġustizzja. Ħidma li żgur mhix se taqta’, anke matul ix-xhur tas-Sajf.
Kien dan il-messaġġ li wassal is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino meta l-Ħamis filgħodu indirizza attivita socjali li ġiet organizzata fid-Dar Centrali – attivita li matulha dawk prezenti faħħru l-impenn tal-Kap tal-PN, li fl-aħħar jiem ma waqafx xejn jitkellem b’saħħa dwar il-bżonn li jkollna għaqda nazzjonali – favur il-ġustizzja.
Meta indirizza lil dawk preżenti, Michael Piccinino fakkar kif b’dan il-vot…Abela spiċċa iżolat. U hu biss qed jibqa’ jirreżisti Inkjesta Pubblika dwar il-każ ta’ Sofia.
Ma naqasx li jitkellem ukoll dwar temi oħra li qed jolqtu lill-familji, fosthom l-għoli tal-ħajja.
Anke hawn, il-PN qed ikun pro-attiv. B’diversi proposti illi huma intiżi sabiex il-familji u n-negozji jilqgħu għad-daqqa kbira li qed iġġib magħha ż-żieda fil-prezzijiet.
Michael Piccinino fakkar li dan huwa Gvern bla pjan; Gvern li għandu Ministri tal-Finanzi qed jgħid mod, u Prim Ministru qed jgħid kompletament l-oppost. Filwaqt li l-Partit fil-Gvern bħalissa tant hu mifni bil-ġlied intern li nesa l-problemi reali tan-nies, u qed jinsa l-karba taż-żgħir – fosthom ta’ omm Jean Paul Sofia.


