André Muscat
PORTUGALL……..5
NORVEĠJA……..0
Portugall: G. Ribeiro, G. Esteves (M. Fernandes 46’), A. Rebeiro, G. Brás, M. Marques (L. Gomes 73’), N. Félix (Y. Da Rocha 46’), C. Borges (M. Falé 75’), G. Sá (J. Gonçalves 58’), R, Ribeiro, S. Justo, H. Félix (C)
Norveġja: MR. Ree (V. Engh 86’), VW. Egeli, N. Hopland (C), V. Solheim (O. Sivertsen 46’), A. Roaldsoy, N. Odegard (S. Aas 62’), E. Flataker, O. Braude (H. Bruseth 50’ H. Bruseth 86’), S. Haram, D. Bassi, B. Faraas
Imwissija: N. Félix 23’ (POR), G. Esteves 43’ (POR), V. Solheim 44’ (NOR), N. Odegard 54’ (NOR), G. Sá 55’ (NOR), A. Roaldsoy 56’ (NOR),
Skorjaw: G. Sá 4’ (POR), H. Félix 17’ pen (POR), R, Ribeiro 31’, 66’ (POR), C. Borges 69’ (POR)
Referee: Yael Falcón (ARG)
Assistenti Referees: Facundo Rodríguez (ARG), Theodoros Georgiou (HUN)
Il-Portugall kien l-ewwel tim li għamilha għall-finali meta fit-Tony Bezzina Stadium rebħu lin-Norveġja bl-iskor kbir ta’ 5-0.
Fl-ewwel taqsima rajna s-superjorita Portugiża li ġabetfix-xejn lit-tim Norveġiż, u marru għall-mistrieh b’vantaġġ ta’ tliet gowls, fejn b’dan il-vantaġġ daħlu jistrieħu kważi b’moħħhom mistrieħ għal post fil-finali tal-ħadd li ġej.
In-Norveġiżi pruvaw ikunu ftit aktar agressivi, izda l-Portugal komplew juru l-qawwa tagħhom fit-tieni taqsima fejn żiedu 2 gowls oħra mat-3 li kienu diġa kellhom.
Fl-ewwel azzjoni tal-partita wara biss erba’ minuti l-Portugiżi marru fil-vantaġġ, hekk kif il-goalkeeper Ree tan-Norveġja sab ruħu f’diffikultà b’Gustavo Sá kompla jżid il-pressjoni hekk kif tefa’ l-ballun fix-xibka. Fis-17-il minuta Falcón ipponta subajgħ lejn il-penalty spot wara li korner ta’ Hugo Félix ħabat ma’ idejn in-Norveġiż Flataker, bil-captain Portugiż mill-11-il metru ma jiżbaljax u jagħmel l-iskor 2-0. Żewġ minuti wara xutt tal-plejer bin-numru 9 tal-Portugal Ribeiro jara lil Ree jsalva b’diffikultà. Man-nofs siegħa logħob il-Portugall jagħmluhom 3 hekk kif Rebeiro minn taħt il-lasta ma żbaljax u tefa’ l-ballun fix-xibkaNorveġiża.
Il-Portugall bdew it-tieni taqsima fejn ħallew fl-ewwel taqsima u fit-48 minuta konklużjoni akrobatika ta’ Ribeiro, il-ballun jagħddi ftit barra minn mal-wieqfa. Fit-63 minuta Borges tal-Portugall ra x-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa imdawwar f’korner minn Ree. Fis-66 minuta il-Portugall jagħmluhom 4 b’azzjoni mibdija minn kross mix-xellug ta’ Samuel Justo lejn Rodrigo Ribeiro fejn ta’ l-aħħar bir-ras minn taħt il-lasta ma jfalliex u jgħaqqad doppjetta personali f’din is-semi finali. Borges jagħmilhom ħamsa meta fid-69 minuta, minn quddiem il-goaler Norveġiż fuq pass ta’ Ribero jitfa’ fix-xibka.
Wara żewġ minuti mogħti fuq il-ħin regolamentari, ir-referee Falcón saffar it-tisfira finali tal-partita, biex b’hekk il-Portugall huma l-ewwel tim li jagħmilha għall-finali ta’ nhar il-Ħadd.
//= $special ?>