Lokali Parlament

Gvern li rema’ karba ta’ omm

Graziella Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea qalet li l-gvern rema’ l-karba ta’ omm li tilfet lil binha u li kellha xewqa unika li tara l-ġustizzja fuq dak li seħħ lil binha.

Fl-Aġġornament tal-parlament, id-deputat Nazzjonalista qalet li l-gvern iddeċieda li jarmi din il-karba ta’ omm li se ġġorr id-dulur tul ħajjitha kollha. Sadattnat, id-deputati tal-gvern m’għamlu l-ebda reazzjoni għall-uġiegħ tal-familjari ta’ Jean Paul Sofia. Isabelle Bonnici wriet li ma kinitx se taqta’ qalbha, sostna d-deputat Nazzjonalista, li appellatilha biex ma taqtax qalbha.

Graziella Galea tkellmet ukoll dwar id-distrett u qalet li f’San Pawl il-Baħar hemm problemi ta’ nuqqas ta’ indafa bi skart idum biex jinġabar. Hi appellat biex tissaħħaħ is-sigurtà u qalet li hemm problemi biex tinfetaħ il-Berġa ta’ San Pawl il-Baħar. Graziella Galea qalet li ċ-Ċentru tas-Saħħa fiż-żona jsir b’konsultazzjonijiet.

Dwar il-proġett tal-Mistra, hi qalet li l-qorti tat raġun lir-residenti iżda x-xogħol xorta għadu għaddej. Hi semmiet il-parkeġġ tal-iskola fil-Qawra u qalet li dan il-parkeġġ għadu magħluq minkejja li suppost ilu snin miftuħ.

Id-deputat Nazzonalista qalet li l-Kunsill Lokali nforma lill-parlament li issa għadu għaddej bl-offerta għall-apparat u t-tmexxija tal-parkeġġ. Dwar il-pjazza ta’ Buġibba, hi qalet li l-proġett għadu ma sarx.

Hi semmiet kif il-pulizija mgħandhomx apparat biex jikkakulaw l-istorbju li jkun ġenerat u għalhekk l-istorbju ma jistax ikun kontrollat. Jirriżulta li diversi persuni li jkunu akkużati bi storbju qed ikunu liberati mill-akkużi ta’ storbju propju minħabba nuqqas ta’ provi. Dan l-istorbju qed joħloq problemi kbar għar-residenti inkluż pazjenti ta’ sptar li hemm fiż-żona. Problemi oħra li dwarhom ma jidhirx li hemm soluzzjonijiet huma dawk relatati mad-drenaġġ fil-lokal.

Dwar il-Mellieħa hi semmiet il-problemi fix-xogħlijiet fil-Pjazza tal-Mellieħa, is-sitwazzjoni diffiċli li jinsabu fiha l-Palazz ta’ Selmun u l-Forti Campbell. Hi semmiet ukoll in-Naxxar u sellmet lil Naxxar Lions FC li issa se jkollhom post adegwat minn fejn jaħdmu.