GŻIRA UTD………. 2
GLENTORAN …… 2
Gżira Utd: D.Cassar, A.Borg, C.Chaba, F.Romero, M.Dias, B.Borg, Macula, Ewertton, J.Mendoza, Thiaguinho, Wilkson
Glentoran: A.McCarey, R.Marshall, A.Wilson, L.McCullough, J.Singleton, D.O’Connor, B.Burns, A.Wightman, S.McCartan, N.McGinn, J.Ogedi-Uzokwe
Referee: S.Ebner
Assistenti Referees: R.Brandner, M.Undesser
Fis-Centenary Stadium Gżira United temmew fi draw ta’ 2-2 fl-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni għal UEFA Conference League, kontra t-tim Irlandiż ta’ Glentoran. Glentoran setgħu marru fil-vantaġġ fit-tieni minuta meta Chukwuemeka Uzokwe ma rnexxielux jitfa’ fix-xibka mill-ħdax-il metru.
Fid-9 minuta madanakollu Glentoran fil-vantaġġ meta McCartan għadda lejn Uzokwe li din id-darba ma żbaljax u xeħet fix-xibka għal 1-0. Man-nofs siegħa logħob Gżira kisbu d-draw meta kien Jose Wilkson li kkonkluda fix-xibka wara McCarey. Għaxar minuti wara Gżira jmorru fil-vantaġġ b’gowl taż-żagħżugħ Brooklyn Borg, qabel fit-48 minuta kien Rhys Marshall li kiseb id-draw għal Glentoran, għal skor finali ta’ 2-2.

