Il-kumpannija tas-software Microsoft akkużat liċ-Ċina b’li qed tappoġġja lill-hackers li rnexxielhom jidħlu fl-email accounts ta’ madwar 25 organizzazzjoni, fosthom numru ta’ aġenziji tal-Gvern Amerikan.
Intant ma ngħatawx dettalji dwar l-aġenziji speċifiċi — għalkemm id-Dipartiment għall-Kummerċ Amerikan ikkonferma li l-Microsoft innotifikah li spiċċa mira għall-hackers.
Ingħad ukoll li s-Segretarju Amerikan għall-Kummerċ Gina Raimondo kienet fost l-individwi affettwati mill-breach tas-sigurtà — bid-Dipartiment għall-Kummerċ Amerikan jieħu azzjoni immedjata malli spiċċa notifikat bis-sitwazzjoni.
Dan fost rapporti mill-media li d-Dipartiment tal-Istat Amerikan ukoll spiċċa ‘infiltrat’ mill-hackers; bl-ebda uffiċjal mad-Dipartiment ma joħroġ b’konferma uffiċjali.
//= $special ?>

