Lokali

Il-Kumitat Eżekuttiv jeleġġi l-Uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista

F’laqgħa miżmuma aktar kmieni llejla, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, eleġġa l-Uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista.

Michael Piccinino kien ikkonfermat bħala Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista wara li kiseb 66 vot favur, vot kontra u astensjoni.

Il-Kumitat Eżekuttiv ivvota wkoll għall-kariga ta’ Chairman tal-istess Kumitat, fejn Joseph Grech kien ikkonfermat b’64 vot favur u 4 voti kontra, filwaqt li Graham Bencini kien ikkonfermat bħala Chairman tal-Kunsill Amministrattiv, b’65 vot favur, 2 voti kontra u astensjoni.

Beppe Galea sar is-Segretarju Internazzjonali l-ġdid wara li kiseb 63 vot favur u 5 voti kontra, filwaqt li Veronica Perici Calascione saret it-Teżorier il-ġdida wara li kisbet 63 vot favur, 4 voti kontra u astensjoni.

NetNews jawgura lill-uffiċjali kollha tal-Partit Nazzjonalista li ġew eletti illum.

Ritratti: Martin Agius