Il-Kap tal-PN Bernard Grech u l-kelliem tal-PN għas-settur marittimu Ivan Castillo illum iltaqgħu mal-Malta Maritime Forum (MMF).
Waqt din il-laqgħa l-Kap tal-PN spjega lill-Forum l-importanza tas-settur marittimu għall-ekonomija u l-ispill over effect tiegħu, filwaqt illi tenna wkoll fuq l-importanza tas-settur marittimu għall-Partit Nazzjonalista, li dejjem tah l-importanza li jixraqlu.
Bernard Grech spjega li f’dan is-settur irid isir ħafna aktar, u faħħar ix-xogħol li qed isir mill-MMF biex jinħoloq għarfien kif ukoll viżjoni għas-settur marittimu.
Il-President tal-MMF Godwin Scerri rringrazzja lill-Kap tal-Oppożizzjoni u lill-kelliem għall-affarijiet marittimi Ivan Castillo tal-laqgħa u l-interess u l-appoġġ kontinwu tagħhom fis-settur.
Scerri enfasizza numru ta’ prijoritajiet li l-MMF qed titkellem fuqhom bħall-qorti Marittima il-bżonn ta’ viżjoni għas-settur marittimu kif wkoll il-bżonn ta’ awtorità independenti għas-settur kif wkoll edukazzjoni u izjed ħaddiema b’ħiliet.
Ivan Castillo il-kelliem għall-affarijiet Marittimi u x-Xogħol spjega l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għas-settur fosthom il-ħtieġa ta’ viżjoni ħolistika għall-marittimu u viżjoni loġistika biex tappoġġah. Saħaq fuq il-potenzjal li għandu dan is-settur u li hemm bżonn ta’ investiment akbar.
//= $special ?>