Kelliema għan-Nazzjonijiet Uniti konfermaw li nstabu l-katavri ta’ mill-anqas 90 vittma li allegatament inqatlu fis-Sudan mir-ribelli tal-RSF ( Rapid Support Forces) – u bil-katavri jinqalgħu minn qabar tal-massa li kienet tħaffret mill-qattiela proprja.
In-Nazzjonijiet Uniti qalet li ħafna mill-vittmi massakrati huma membri tal-grupp etniku tal-Masalit, bil-qabar mimli bil-katavri jinstab fil-limiti ta’ El Geneina.
Dan ukoll meta l-ġlied qalil bejn il-milizzji tal-RSF u l-qawwiet armati tal-Gvern Sudaniż ilhom għaddejjin minn April.
Sadanittant, l-RSF u l-milizzji alleati ma’ dan il-grupp baqgħu jiċħdu għal involviment fl-aħħar jiem ta’ ġlied fir-reġjun (Sudaniż) ta’ Darfur tal-Punent.
Sallum mietu l-eluf tan-nies, b’miljuni jkunu sfurzati li jgħixu bħar-refuġjati, b’riżultat tal-konflitt bejn l-Armata regolari tas-Sudan, immexxija minn Abdel Fattah al-Burhan u l-RSF li qed jitmexxa minn Mohamed Hamdan Daglo li darba kien il-Viċi-Kap ta’ al-Burhan,
Fl-istess ħin, in-Nazzjonijet Uniti qed tirreferi għas-sejba ta’ jerġa’ ‘aktar katavri’ f’Darfur tal-Punent u fejn il-vittmi jinkludu numru sinifikanti ta’ nisa u tfal.
//= $special ?>