F’post fuq il-midja soċjali, l-għaqda SOS Malta qed tikkundanna l-vot li għadda lbierah filgħaxija l-Gvern, hekk kif stqarru li f’demokrazija dawk li qedgħdin fil-poter għandhom jinżammu kontabbli għal-għemilhom.
Huma komplew billi qalu li l-Gvern tilef l-opportunità biex jindirizza dak li qed jinkwieta lil-poplu Malti, filwaqt li jerġa’ jiżra l-fiduċja lura fil-proċess demokratiku ta’ pajjiżna.
L-għaqda SOS għalqet billi qalet li l-vot li għaddew l-40 deptutat tal-Gvern, inżera l-element ta’ dubju mhux biss fil-ħidma tal-Gvern iżda anke, fuq jekk hemmx impenn sinċier favur il-ġustizzja, il-kontabbiltà u t- trasparenza.
//= $special ?>