Suċċess għall-atleti Maltin fl-ewwel ġurnata tal-Logħob tal- FISEC-FICEP li bdew f’Dunkerque fi Franza.
Fil-Piscine Georges Guynemer, Dunkerque immexxija minn Edward Caruana Dingli fl’400m medley subien – John Hick daħal fl-ewwel post. Fil-4 x 100m Freestyle tas-subien it-tieni post miksub minn Italo Salamone, Luca Grixti, John Hick, Liam Rodenas.
Fit-tieni post ukoll spiċċaw Kristy Delia fl-400m individual medley bniet u Luca Grixti fil-100m Butterfly.
Fil-100m Breaststroke – Italo Salamone temm fit-tielet post flimkien ma’ għawwiem mill-Olanda filwaqt li Henrick Starkus kiseb it-tielet post fil-50m Breaststroke u r-raba’ post fit-200m breaststroke.
Fi Stade Katrine Switzer, Dunkerque – Immexxija minn Rachid Chouhal u Antonella Chouhal, fl-atletka l-ewwel post miksub minn Isaac Bonnici fit-800 metru filwaqt li Andrea Grech temm fit-tielet post fil-Long Jump.
Fil-Javelin Luca Gerada temm fil-ħames post filwaqt li Bianca Shoemake fl-400m hurdles ukoll temmet fil-ħames post fil-heat filwaqt li Thea Shoemake temmet fir-raba’ post fil-heat tal-100 metru.
















