Lokali

“Ma nafx kif se naqbad infarraġ lil omm Jean Paul Sofia; ħallewni iżolat” – Robert Abela

Kritika ma taqta’ xejn mill-poplu Malti u Għawdxi lejn id-deċiżjoni tal-mistħija li ttieħdet il-bierah fil-Parlament dwar il-vot għal Inkjesta Pubblika fid-dawl tal-mewt ta’ Jean Paul Sofia. Bil-Prim Ministru, minkejja li ma kienx komdu jħares direttament f’għajnejn il-ġenituri ta’ Jean Paul, għadu s’issa jiddefendi d-deċiżjoni li ma jħallix il-ġustizzja sseħħ.

Waqt intervista li saret mill-Editur Eżekuttiv, Kurt Sansone għall-MaltaToday, Robert Abela qal li ma jafx kif se jfarraġ lil omm Jean Paul Sofia, wara li kellu ċans jibda Inkjesta Pubblika iżda għażel, flimkien mal-Membri Laburista, li jivvota kontra dan.

“Din il-mara kif se tfarraġha?” qal Robert Abela.

Minflok infeġġ jattakka lill-Maġistrat Inkwirenti li fi kliemu stess, mhix tgħaġġel biżżejjed biex tlesti l-investigazzjoni dwar dan il-każ.

“Kellha 7 xhur biex tgħalaq l-Inkjesta Maġisterjali, għandha r-riżorsi kollha, allura għalfejn għadha mhix lesta?” ikkritika Robert Abela.

Robert Abela qal li hu spiċċa “iżolat” dwar it-talba tiegħu biex titlesta l-Inkjesta Maġisterjali. Dan filwaqt li qal li jinsab inkwetat ferm dwar dan il-każ, għalkemm azzjonijiet minn naħa tiegħu xejn ma sar.