Darren Carabott, PN
Id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott qal fl-Aġġornament tal-parlament li Malta hi diżappuntata b’dak li għamel il-gvern meta m’għamilx inkjesta pubblika dwar Jean Paul Sofia.
Darren Carabott qal li s-seduta tal-parlament tal-Eerbgħa li għadda kienet waħda li fiha ttieħed vot importanti ħafna fil-leġiżlatura li suppost ħareġ il-kuxjenza ta’ kull deputat.
Hu sostna li fil-parlment kien hemm strangers gallery mimlija familjari u qraba ta’ Jean Paul Sofia li jemmnu fit-talba tal-Oppożizzjoni biex issir inkjesta pubblika.
Dan ma kienx vot ta’ politika partiġġjana iżda kien vot dwar kemm il-poplu qed jistenna aħjar mill-politiċi u mid-deputati, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li fil-vot tilfet Malta biex tagħmel ġustizzja u toħroġ il-verità kollha f’inkjesta pubblika.
Malta hi diżappuntata b’dak li għamel il-gvern Laburista meta oppona inkjesta pubbllika dwar mewt ta’ Jean Paul Sofia. Il-pajjiż immexxi minn persuni b’ego u pożi iżda mhux b’raġuni, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li inkjesta publbika kienet toħroġ in-nuqqasijiet li wasslu għall-mewt ta’ Jean Pawl Sofia.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-vot kien tebgħa fuq il-parlament Malti u fuq il-politiċi Maltin; pajjiżna ħaqqu aħjar. Hu qal li l-membri ta’ Jean Paul Sofia talbu lid-deputati jħarsu lejhom iżda l-membri tal-gvern kienu rashom fil-mobile u ma felħux iħarsu ‘l fuq lejn il-membri tal-familja ta’ Jean Paul Sofia.
Din id-deċiżjoni se teffettwa r-reputazzjoni tal-politiċi, sostna Darren Carabott, li kompla li l-parlament irid jaħdem biex ma jkunx hemm iktar każi bħal ta’ Sofia iżda wkoll biex ma jerġax iseħħ dak li seħħ fil-parlament fejn ingħalqet ħalq il-verità.
//= $special ?>