Il-midfielder internazzjonali Malti Matthew Guillaumier hu plejer ġdid tal-klabb tal-ogħla diviżjoni tal-Polonja FKS Stal Mielec, li fl-istaġun li għadda temmen f’nofs il-klassifika.
Guillaumier iffirma kuntratt ta’ sentejn, bl-għażla li l-kuntratt ikun estiż b’sena oħra.
B’hekk Guillaumier, li lagħab 28 darba mat-tim nazzjonali Malti, iħalli pajjiżna għat-tielet esperjenza tiegħu barra minn xtutna, wara esperjenzi fil-passat ma’ Empoli u Siena.
//= $special ?>