Raġel ta’ 47 sena residenti Tal-Pieta’ ġie arrestat wara li l-Pulizija rċeviet informazzjoni li allegatament kien se jsir negozju tad-droga fl-istess lokalità. Ilbieraħ, għall-ħabta ta’ nofsinhar – il-Pulizija ċċirkondat ir-residenza tar-raġel, iżda malli nduna bil-Pulizija pprova jaħrab u saħansitra deher jarmi xi oġġetti fit-triq.
Ir-raġel ġie arrestat u f’baskett li kien qiegħed iġorr, instabet madwar kilo sustanza suspettata kokaina,
kif ukoll ammont żgħir ta’ sustanza allegatament eroina. Mill-investigazzjonijiet illi saru jirriżulta li d-droga misjuba, kieku laħqet inbiegħet fis-suq kienet tlaħħaq madwar €60,000.
Aktar tfittxijiet saru fir-residenza tiegħu fejn instabu diversi oġġetti relatati mat-traffikar taddroga u ammont ta’ flus kontanti. Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia li qiegħed imexxi inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum, għall-ħabta 3pm., quddiem il-Maġistra tal-Għassa Leonard Caruana.
//= $special ?>

