Lokali

Wara l-vot tal-gvern fuq Jean Paul Sofia, eks membru tal-Labour tgħid li issa tifhem għaliex m’għadix parti mill-PL

Eks membru tal-Partit Laburista li għal 15-il sena kienet isservi bħala konsulent għall-politika ħarġet b’saħħa kontra l-Labour wara l-vot li ttieħed il-bieraħ fil-parlament.

Fuq il-midja soċjali, Pia Micallef qalet li hi rrifjutat li tgħin lill-Partit Laburista b’rabta mal-pjattaformi tagħhom.

Dan wara li 40 deputat Laburista vvotaw kontra inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Jean Paul Sofia filwaqt li d-deputati kollha Nazzjonalisti vvotaw favur li ssir ġustizzja.

Pia Micallef qalet li hi ngħaqdet mal-Partit Laburista fl-2007 għax riedet li tkun parti minn moviment li jaħseb fil-ħaddiema u dawk vulnerabbli, iżda llum il-ġurnata m’għadix kburija għal dan hekk kif il-PL m’għadux jintgħaraf.