Għandha issir ġustizzja totali! M’hemm serjetà ta’ xejn! It-traskuraġni għandha tiġi korretta! X’inhu dak li qed iżommhom milli ssir inkjesta pubblika?
Dan huwa s-sentiment tal-maġġoranza tal-Maltin bħalissa… sentiment ta’ rabja.. sentiment ta’ dieqa… sentiment li għandha ssir ġustizzja totali fil-każ ta’ Jean Paul Sofia.
Sentiment li kien evidenti fost dawk li l-Ġimgħa filgħodu kienu l-Belt Valletta, u li tkellmu ma’ dan l-istazzjon fejn enfasizzaw il-ħtieġa li ssir ġustizzji sħiħa.. bin-nies jgħidu illi bil-mod ta’ kif qed jaġixxi l-Gvern ta’ Robert Abela huwa ċar li qed tiġi injorata t-talba tal-ġenituri u tal-familja ta’ Jean Paul Sofia.
Dan is-sentiment ta’ frustrazzjoni kien espress ukoll minn numru ta’ akkademici, professjonisti, studenti, kif ukoll esponenti varji tal-Partit Laburista li mhu jiddejqu xejn jitkellmu apertament kontra d-decizjoni li ħa Robert Abela li jimblokka Inkjesta Pubblika.
//= $special ?>