Raġel ta’ 47 sena residenti San Ġwann weġġa’ gravi wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-8:00 fi Triq Inguanez, ir-Rabat.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel, li hu Marokkin, waqa’ madwar sular waqt li kien qiegħed jaħdem.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lill-ħaddiem l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.
//= $special ?>