Seba’ jottijiet Maltin ser jkunu ma’ flotta ta’ aktar minn 20 jott biex jikkompetu fit-tellieqa tas-SIbt bejn Siracusa u Malta. It-tellieqa, li qed tiċċelebra t-63 sena edizzjoni bħala l-eqdem tiġrija offshore fil-Mediterran fuq medda ta’ 110 mil nawtiku kienet idejata minn John Illingworth, baħri ta’ fama fin-Navy Ingliża.
Kompetizzjoni organizzata mir-Royal Malta Yacht Club u l-Lega Navale Italiana (Sezione di Siracusa), fejn il-bidu jalterna kull sena, din is-sena l-flotta ser titlaq minn Siracuża u tispiċċa Malta.
Il-flotta Maltija hija waħda b’saħħitha. Fost id-dgħajjes li qed jieħdu sehem hemm Artie III ta’ Lee Satariano li għandu rekord tal-korsa ta’ 24 siegħa, 50 minuta u 40 sekonda.
L-ekwipaġġ rebbieħ tal-Klassi IRC tas-sena l-oħra Maltese Falcon II din is-sena jngħaqad ma’ Horst Huelsey fuq Be Free. Id-dgħajjes l-oħra Maltin huma Calypso tal-familja Ripard, Corona ta’ Luis Azzopardi u Sara Baldwin, Dimm ta’ Kevin Pisani Zammit, Pep ta’ Mark Camilleri u Ton Ton Laferla Insurance ta’ Jonathan Gambin, kif ukoll Domenguin ta’ Davide Momigliano rebbieħ tal-Klassi ORC, tas-sena l-oħra
//= $special ?>