Lokali

Id-donaturi tad-demm huma ‘Super Eroj’

Jisimha ‘Super Eroj’ il-kampanja li ġiet imendija miċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tad-Demm fil-bidu tax-xahar – kampanja li tħabbret mid-Direttur Monique DeBattista sabiex jintwera apprezzament lejn id-donaturi.

Caroline Cassar, Senior Staff Nurse li taħdem f’dan iċ-Ċentru…qaltilna li din il-kampanja hija mezz kif jgħidu grazzi lid-donatturi, li huma l-eroj tal-poplu kollu.

Caroline Cassar tenniet l-appell taghħa biex ikun hawn aktar donaturi, għax il-bzonn ta’ demm ma jieqaf qatt.

Wieħed mis-super eroji li tkellimna miegħu huwa Philip Micallef li 45 sena ilu kellu inċident illi fih kisser rasu u kellu bzonn amont kbir ta’ demm.

Bis-saħħa tad-donatturi tad-demm hu salva, u għazel li jkompli jistudja fuq is-saħħa biex bħalma n-nies li jaħdmu l-isptar salvawlu ħajtu hekk ukoll hu jkun jista’ jgħin lil min ikun fil-bzonn.

Ta’ 18 il-sena waqt li kien qed jistudja, kien hemm sejħa għad-demm minn Monsinjur Mikiel Gonzi; u peress li fil-klassi kienu biss tnejn ‘il fuq minn 18-il sena, hu offra li jagħti demm.

Minn dak in-nhar …Micallef baqa jagħti id-demm kull 3 xhur, waqt li fi żmien l-isptar San Luqa, kull xahar u nofs kienu jċemplulu għall-platelets.

Philip Micallef ingħata r-rikkonoximent mill-President fl-14 ta’ Lulju tas-sena li għaddiet, talli ta aktar minn 100 borza demm u platelts. Huwa għamel wkoll l-appell tiegħu biex kemm jista’ jkun ikun hawn aktar donaturi tad-demm.

Il-kampanja Super Eroj ser tibqa sejra sal-aħħar ta’ Diċembru u għal-tul dan iz-zmien tal-kampanja qed jiġi offrut trasport b’xejn lid-donaturi.

Illum wieħed jista’ jagħti d-demm minn età ta’ 17-il sena, sal-età ta’ 70 sena.