Nhar l-Erbgħa, fil-Parlament, Robert Abela u sħabu injoraw b’mod persistenti t-talba mill-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia għal Inkjesta Pubblika. Dan l-avveniment bla preċedent qanqal frustrazzjoni u rabja pubblika, li kienet evidenti kemm ġewwa kif ukoll barra l-Parlament.
Ir-raġuni għaliex il-Prim Ministru Robert Abela għadu jinsisti bil-qawwa li jopponi Inkjesta Pubblika, lil min qed jipproteġi u min qed jillimita l-azzjonijiet tiegħu, għadha mhix magħrufa.
F’indirizz nazzjonali, ilbieraħ, il-Kap tal-PN, Bernard Grech, iddeskriva l-ġurnata tal-Erbgħa bħala ġurnata sewda għall-pajjiż, fejn sostna li Robert Abela, u d-deputati tiegħu, b’għemilhom fil-Parlament, urew nuqqas ta’ kompassjoni u empatija lejn il-familja taż-żagħżugħ u qanqlu aktar minn qatt qabel, il-mistoqsijiet dwar lil min qed jissalvagwardjaw.
Iżda l-whip tal-gvern, Andy Ellul, ilbieraħ fil-Parlament, reġa’ nsista li jemmen u jinsab konvint u fiduċjuż, li jgħaddi ż-żmien u l-gvern għad jingħata raġun.
//= $special ?>