Il-Partit Nazzjonalista se jkun mill-ġdid bis-sħiħ jagħti l-appoġġ tiegħu lill-qraba ta’ Jean Paul Sofia, f’velja ta’ solidarjetà li se tkun qed issir nhar it-Tnejn li ġej fit-8pm quddiem Kastilja.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech , qal li l-vot tal-Gvern Laburista biex jostor il-verità li ttieħed l-Erbgħa li għadda fil-parlament irid jinbidel f’tama għal kull wieħed u waħda minna li ma rridux inħallu lil Malta nieżla ‘l isfel. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista appella biex il-poplu Malti jattendi għal din il-velja, biex tissokta l-ġlieda għall-verità, biex issir ġustizzja u biex nevitaw aktar inċidenti fatali fi żmien li ġej.
Il-Partit Nazzjonalista kien u għadu wieħed mill-pijuniera fil-ġlieda biex issir inkjesta pubblika. Kien il-Partit Nazzjonalista li ressaq il-mozzjoni fil-parlament biex issir inkjesta pubblika, u kienu d-deputati Nazzjonalisti li sostnew dan mill-bidu sat-tmiem, permezz tal-vot tagħhom.
Għal darb’oħra il-Partit Nazzjonalista jsostni l-politika ta’ għaqda nazzjonali, biex tinħareġ il-verità, għall-ġustizzja, għaż-żgħir, biex f’Malta u f’Għawdex kull ċittadin ikun imħares.
//= $special ?>