Net News jista’ jikkonferma li s-sospensjoni tal-ġbid tal-film ‘Gladiator 2’ f’pajjiżna ħolqot kaos sħiħ. Dan wara li diversi extras irċievew ittra li indikatilhom kif għalissa mhux se tkompli din il-produzzjoni internazzjonali li kienet se tibda tinġibed f’pajjiżna.
‘Gladiator 2′ ta’ Ridley Scott kellu jieqaf minħabba l-istrajk ta’ Hollywood – fejn hemm mal-160,000 professjonist illi waqfu minn xogħolhom għaliex qed jitolbu pagi u kundizzjonijiet aħjar.
L-istrajk issejjaħ mill-union tal-atturi bl-isem Screen Actors Guild (SAG), u affetwa ħafna produzzjonijiet fl-Amerika u anke films li qed jinħadmu f’diversi pajjiżi oħrajn.
Dan is-sit jista’ jikkonferma li l-film ‘Gladiator 2’ ġie sospiż għalissa, u li m’hemmx data meta se jissokta l-iffilmjar. Għalkemm il-crew barrani ġie imsejjaħ lura, u telaq minn Malta.
Fl-istess waqt, informazzjoni separata indikat illi ċertu xeni tal-folol – li fihom jieħdu sehem Maltin – dawn se jsiru xorta l-ġimgħa d-dieħla.
Sorsi oħra qalulna illi hemm Maltin li kienu ħadu sena leave għal dan il-film, inkluż persuni li daħlu għal dan il-film biex jibnu is-settijiet. “Hemm bejn 70 u 100 ruħ li f’dawn il-jiem se jitwaqqfu”, qalilna wieħed mis-sorsi tagħna.
//= $special ?>