Bdiet uffiċjlament il-21 edizzjoni tal-maratona ‘Oħloq Tbissima’ – il-maratona ser tibqa għadejja sal-Ħadd, sabiex jinġabru flus b’risq is-Soċjeta Missjonarja ta’ San Pawl kemm f’Malta f’dar San Guzepp kif ukoll fil-missjonijiet barra minn Malta fil-Peru, fil-Pakistan u fil-Fillipini.
Fr Louis Mallia spjeglalna kif il-missjoni taghħom fil-Peru tkattret ukoll f’Kuba, filwaqt li mill-Fillipini qed imorru il-Vjetnam.
Is-sena li għaddiet bil-flus li nġabru waqt il-maratona Oħloq Tbissima inbniet clinic. Din is-sena, l-għan hu li jinħoloq fond biex il-klinika tkun attrezatta b’aktar fondi u tkun tista tgħin lil-fqar kollha li jmorru għall- għajnuna.
Proġett ieħor hu li jinbnew djar fil-Fillipini għall; familji fqar li qedgħin fix-xifer li jispiċċaw bla dar, dawk li jgħixu fi djar tal-kartun kif ukoll dawk li qedgħin bla saqaf fuq rashom.
Proġett ieħor importanti huwa dak tal-edukazzjoni, li ħafna insara ma jkunux eliġibli għaliha.
Din il-maratona ser tkun qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet ewlenin, fosthom Net Television.
Kulħadd huwa mistiden jattendi Dar San Guzepp f’Santa Venera, fejn ser jiġi offrut ikel u xorb waqt li tintwera il-maratona fuq ‘big screen’.
//= $special ?>