L-Indja, wara xhur ta’ ippjanar bir-reqqa, tellgħet b’suċċess l-inġenju spazjali Chandrayaan-3 għat-tielet missjoni lejn il-Qamar.
Il-missjoni hi forsi l-aktar waħda ambizzjuża tal-Indja fil-qasam tal-esplorazzjoni spazjali u meta l-awtoritajiet f’Delhi qed jittamaw li r-rokit ikun l-ewwel li jinżel f’sit viċin in-naħa t’isfel tal-qamar matul il-ġimgħat li ġejjin.
Dik iz-zona partikulari tal-qamar rari tkun indikata għall-esplorazzjoni u r-rokit inkwistjoni jinkludi lander u inġenju magħruf bħala rover għall-istudju ta’ wiċċ il-qamar. Il-lander mistenni li jasal fl-orbita tal-qamar f’xi ħin bejn it-23 u l-24 ta’ Awwissu.
Jekk il-missjoni tirnexxi, l-Indja ssir biss ir-raba’ pajjiż li jkun ikkonkluda inżul magħruf bħala ‘soft landing’ fuq il-qamar wara l-Istati Uniti, l-eks Unjoni Sovjetika komunista u ċ-Ċina,.
Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi qal li l-missjoni bir-rokit Chandrayaan-3 qed tiftaħ paġna ġdida għall-Indja fil-qasam tal-esplorazzjoni spazjali.
//= $special ?>