Sport Sport Ieħor

Logħob tal-FISEC – FICEP: Aktar riżultati tajbin mill-Maltin f’Dunkerque

Aktar riżultati pożittivi mill-kontinġeni Malti li qed jieħu sehem fil-Logħob tal-FISEC – FICEP f’Dunkerque fi Franza. Fl-atletika Jake Vella u Isaac Bonnici għaddew għall-finali tal-400 metru. Thea Parnis Coleiro fi 12-il sekonda temmet fit-tieni post fil-finali tal-100 metru.

Bl-aħjar ħin personali ta’ 11.27 sekondi Mark Azzopardi rebaħ il-100 metru. Fit-tieni post wara Franza b’rekord nazzjonali tal-Logħob it-tim tar-relay 4 X 100 metru b’ Jeremy Cassar, Kyran Farrugia, Jake Vella, Luca Gerada li temmew fi 43.93 sekondi L-istess riżultat mit-tim tal-bniet magħmul minn Bianca Shoemake, Thea Shoemake, Cristiane Zammit, Thea Parnis Coleiro li fl-4 X 100 metru daħlu t-tieni wara Irlanda f’ħin rekord ta’ 48.53 sekondi.

Fl-għawm fl-400 metru freestyle Kristy Delia u John Hick temmew fl-ewwel u tielet post fil-kategoriji rispettivi. Fit-tim Mixed Relay 4 x 50 metru Thomas Ellul, Henrick Starkus, Nina Cachia, Ema Cassar temmew fit-tielet post filwaqt li fir-relay 4 X 100 metru freestyle tas-subien Italo Salamone, Henrick Starkus, Luca Grixti, Liam Rodenas daħlu fl-ewwel posizzjoni. Luca Grixti fil-50 metru Butterfly daħal fit-tieni post l-istess bħal Henrick Starkus fil- 100 metru Breastroke.

It-tieni post ukoll miksub minn John Hick fil-200 metru Butterfly u minn Italo Salamone fil-200 metru Individual Medley.