Raġel ta’ 56 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.
Ir-raġel residenti Wied il-Għajn, weġġa’ wara li seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn Taljan ta’ 24 sena u mutur Peugeot Tweet misjuq mill-vittma.
Hu ingħata l-għajnuna minn tim mediku, fejn ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isoffri ġrieħi gravi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>