Sport Sport Ieħor

Weightlifting: Deheb u Fidda għal Tenishia Thornton fil-Kampjonati tal-Commonwealth

F’Delhi fl-India fil-Kampjonati tal-Commonwealth tal-weightlifting, wara s-suċċessi ta’ Kim Camilleri Lagana’ protagonista Tenishia Thornton fil-kategorija 59 kilo.

Thornton rebħet il-midalja tad-Deheb fejn wara li fis-snatch fit-tieni tentattiv refgħet 81 kilo u fit-tielet tentattiv 82 kilo, iddominat il-clean and jerk b’refgħat ta’ 99 kilo, 102 kilo u 104 kilo biex rebħet b’total ta’ 186 kilo li kien 19-il kilo aktar minn dak miksub minn weightlifter tal-Indja.

Fil-kategorija tal-kbar fl-azzjoni 17-il weightlifter fosthom mill-Ingilterra, il-Kanada, l-Awstralja u l-Indja. Tenishia Thornton f’din il-kategorija refgħet total ta’ 186 kilo biex kisbet il-midalja tal-Fidda kontra il-189 tal-weightlifter tal-Indja. Fit-tielet post spiċċat l-Afrika t’Isfel b’185 kilo.

Il-kontinġent Malti f’Delhi huwa mmexxi minn Jesmond Caruana, President tal-federazzjoni lokali u kowċ nazzjonali.