“Minkejja l-isfidi li ġejjin minn barra il-pajjiż il-Gvern jista’ jagħmel ħafna aktar biex il-kwalità tal-ħajja tan-nies, partikolarment il-fqar u dawk f’riskju ta’ faqar titjieb. Filwaqt li proġetti bħas-soup kitchen tal-Franġiskani tal-Belt huma ta’ ġid kbir għax joffru komunità għal dawk l-aktar batuti li lanqas ix-xibka soċjali ma twiżinhom, hemm bżonn aktar attenzjoni min-naħa tal-Gvern għar-raġunijiet tal-faqar.”
Dan sostnietu l-ADPD f’konferenza li saret is-Sibt filgħodu quddiem is-Soup Kitchen fil-Belt Valletta.
Irreferiet għall-aħħar survey tal-Caritas fejn ħareġ li familja ta’ erbgħa min-nies qed tonfoq aktar minn €1500 aktar fis-sena biex tiekol. Waqt il-konferenza intqal li possibbli li jkun hemm effetti frott il-pandemija tal-Covid-19 u anke frott tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna. Saħqet li hemm ħafna x’jista’ jagħmel il-Gvern biex il-kwalità tal-ħajja tan-nies, partikolarment il-fqar u dawk f’riskju ta’ faqar titjieb.
Qalet li huwa ta’ tħassib li minkejja l-ftaħir taż-żieda tal-PGD, in-numru ta’ persuni f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali f’Malta huwa mal-100,000 ruħ skond statistika tal-NSO li ħarget f’Diċembru 2022. Dan huwa frott ta’ ekonomija bbażata fuq politika li żżomm il-pagi kemm jista’ jkun baxxi.
Waqt il-konferenza sostniet li l-paga minima ssir paga dinjituża. Din għandha tibda titħaddem fuq medda ta’ żmien raġonevoli għax in-nies qed ibatu. Qalet li huwa imperattiv li l-paga minima issir paga diċenti li biha wieħed jista’ jgħix b’mod dinjituż.”
//= $special ?>