“Ma nistgħux nistrieħu fuq il-Membri Parlamentari Laburisti biex jiddeċiedu huma meta l-azzjonijiet tal-awtoritajiet tal-Gvern għandhom jiġu investigati. Apparti li jridu jsegwu l-linja gwidi tal-partit, ħafna minn dawk il-Membri Parlamentari huma fl-impjieg dirett mall-Gvern. Għaldaqstant, għandu jkun hemm metodu differenti biex jiġi stabbilit meta tkun meħtieġa investigazzjoni indipendenti.”
Hekk iddikjara l-Editorjal tat-Times of Malta fil-ħarġa tal-Ħamis – l-għada tal-vot li ġab miegħu stmerrija kbira lejn il-Gvern ta’ Abela; xi ħaġa li qatt ma ġrat fl-istorja tal-Parlament. Dan hekk kif d-Deputati kollha tal-Gvern preżenti fil-Parlament… total ta’ 40… ivvutaw kontra li ssir Inkjesta Pubblika b’rabta mal-kaz ta’ Jean Paul Sofia.
L-editorjal sostna li meta Isabelle Bonnici kelmet għall-ewwel darba lil-Prim Ministru Robert Abela, huwa kien wiegħda li se jwettaq ġustizzja… iżda nhar l-Erbgħa, wara l-vot Abela ma kellux il-kuraġġ jħares lejha hu u ħiereġ mill-Parlament.
Il-mod kif il-Gvern mexxa dan il-każ qajjem reazzjoni kbira kontra l-Partit Laburista li fi kliem l-editorjal… lanqas meta nqatlet il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ma kien hawn daqshekk sentimenti negattivi kontra l-Gvern.
Daphne kienet involuta politikament, u dan għamilha aktar faċli sabiex tal-Labour jinjoraw il-każ serju tal-qtil tagħha… fil-fatt skont it-Times ħafna Laburisti jisħqu li l-aħbar tal-qtil tagħha ma kinitx sorpriża… anzi kienet mistennija.
Iżda, ikompli l-editorjal, l-istorja taż-żagħżugħ ta’ 20 sena, li vvota favur il-Labour fl-aħħar elezzjoni ġenerali, kienet xort’oħra hekk kif dan kien fil-post tax-xogħol għall-affari tiegħu waqt li tilef ħajtu… meta l-binja ġġarfet fi ftit sekondi.
Skont it-Times… fit-teorija, il-Labour jeżisti għal nies bħal Sofia… Iżda, il-vot li ttieħed nhar l-Erbgħa fil-Parlament kixef kemm id-deputati tal-Labour huma doppja-facia u l-għajta li jmexxu biha hi biss farsa.
Pubblikament, il-Gvern tenna li huwa kontra Inkjesta Pubblika għax mhemmx bżonnha. Dan għaliex skont Robert Abela u sħabu l-Inkjesta Maġisterjali li għaddejja bħalissa u ilha tkakar x-xhur se tiżvela l-istess affarijiet. Iżda dan mhux minnu.
Minn banda l-oħra… fil-magħluq, il-membri tal-Gvern argumentaw li l-ħatra ta’ Inkjesta Pubblika f’dan il-każ tirriskja li toħloq preċedent. Filwaqt li tennew li l-Inkjesti Pubbliċi jiswew ħafna flus u jieħdu t-tul, apparti li s-sistema ġudizzarja m’għandhiex ir-riżorsi meħtieġa.
//= $special ?>