Sport Waterpolo

Gowl lejn it-tmiem iċaħħad lil San Ġiljan minn rebħa f’logħba mill-isbaħ

(Ritratt: Joseph Galea)

SAN ĠILJAN JP PROJECTS…. 12

NEPTUNES VIDEOSLOTS...…. 12

(3-4), (2-2), (3-1), (4-5)

Gowl lejn it-tmiem ta’ Jake Muscat ċaħħad lil San Ġiljan JP Projects minn rebħa fil-konfront dirett. Kif żvolġiet il-logħba, Neptunes kienu l-aktar kuntenti bir-riżultat, f’logħba li t-tnejn urew għaliex huma sfidanti serji għar-rebħ tal-kampjonat.

Konfront iebes għaż-żewġ referees tal-logħba li ma kellhomx logħba xejn faċli x’jikkontrollaw. B’mod partikolari kritika ħarxa minn San Ġiljan li f’aktar minn okkażjoni ħassewhom żvantaġġjati. Dan il-punt ftit jibdel fil-klassifika hekk kif it-tnejn baqgħu fil-quċċata.

Iż-żewġ captains niżżilu isimhom fost l-iskorers mill-ewwel b’Matthew Zammit iwieġeb għal Stevie Camilleri. Neptunes marru 3-1 minn fuq u dehru li ħadu l-kontroll tal-logħba sakemm San Ġiljan ġabu d-draw f’ħakka ta’ għajn. Jake Muscat ta vantaġġ minimu lil Neptunes fi tmiem l-ewwel sessjoni.

Il-logħbiet żiedet sew fit-tensjoni waqt it-tieni sessjoni. Ir-referees ma bdewx joqogħdu lura milli jkeċċu parzjalment fost il-pressjoni miż-żewġ settijiet ta’ partitarji b’mod partikolari dawk Ġiljaniżi. San Ġiljan irnexxielhom biss iġibu d-draw darbtejn, b’Stevie Camilleri jħallihom gowl minn fuq fl-aħħar azzjoni tas-sessjoni.

Sa tmiem it-tieni sessjoni, Ben Plumpton, Jake Bonavia u Aaron Younger għal San Ġiljan kif ukoll Gabriel Pace, Stevie Camilleri, Jordan Camilleri u Aleksandar Ivovic għal Neptunes kollha kienu esklużjoni bogħod milli jispiċċaw il-logħba. Fi tmiem is-sessjoni, ntwera t-tieni karta safra l-kowċ ta’ San Ġiljan Zeljko Kovacic.

Il-ħin tal-mistireħ serva biex jikkalmaw ftit l-irjusgħat-tielet sessjoni. Il-Ġiljaniżi rnexxielhom imorru fil-vantaġġ għall-ewwel darba bi tliet gowls ta’ Jake Bonavia, Nicholas Bugelli u Aaron Younger. Jake Bajada naqqas id-distakk b’gowl mis-centre.

Il-Ġiljaniżi rduppjaw il-vantaġġ fl-aħħar sessjoni iżda Sam Gialanze u Filip Filipovic ikkanċellaw id-differenza. San Ġiljan reġgħu marru 12-10 minn fuq, distakk li deher diffiċli għal Neptunes biex jirkupraw. Iżda gowl immedjat ta’ Filipovic u ieħor lejn it-tmiem minn man-up ta’ Jake Muscat salvaw il-logħba.

San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli (3), A. Galea (1), B. Plumpton, M. Jokovic (4), M. Zammit (1), J. Bonavia (1), A. Younger (2), J. Abela, N. Zammit, N. Bonavia, R. Caruana, G. Borg, G. Bonavia, K. Calleja

Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (2), S. Gialanze(1), G. Pace, M. Castillo, J. Bajada (1), S. Camilleri(2), J. Camilleri, A. Ivovic (2), F. Filipovic (4), A. Fenech, E. Mallia, M. Rossi, D. Bugeja

Referees: Peter Balzan, Luca Bianco

(Ritratt: Joseph Galea)

TA’ XBIEX AMIGOS………… 13

EXILES WELBEE’S…………. 15

(1-4), (5-4), (1-4), (6-3)

It-tieni rebħa konsekuttiva għal Exiles Welbee’s. Rebħa meritata għalihom hekk kif urew li kienu aħjar fl-ilma għalkemm Ta’ Xbiex offrew sfida denja u setgħu salvaw xi ħaġa mil-logħba kieku kien fadal aktar ħin.

Kristijan Milakovic poġġa lil Ta’ Xbiex fil-vantaġġ sakemm Exiles wieġbu b’erba’ gowls konsekuttivi u ħadu vantaġġ ta’ 4-1 fi tmiem l-ewwel sessjoni. Reazzjoni minn Ta’ Xbiex fit-tieni sessjoni li dawru r-riżultat favur tagħhom bi tripletta ta’ Milakovic u gowl ta’ Uros Vasic.

Madankollu l-vantaġġ żammewh għal ftit sekondi, b’Exiles jerġgħu jdawru r-riżultat b’erba’ gowls konsekuttivi għal 8-5 sakemm Vasic naqqas id-distakk. Gallo kabbar il-vantaġġ ta’ Exiles fit-tielet sessjoni għal 11-6 bi tripletta u f’mument waqt l-aħħar sessjoni kellhom vantaġġ ta’ 14-8.

Kompliċi mal-fatt li Exiles kellhom plejers fouled-out inkluż Valentino Gallo, Ta’ Xbiex naqqsu d-distakk iżda ma kellhomx ħin biżżejjed biex jirkupraw l-iżvantaġġ kollu.

Ta’ Xbiex: M. Vassallo, L. Montebello Brownrigg, L. Grech Carr, K. Grech, R. Mock (1), J. Saliba (2), K. Milakovic (7), U. Vasic (3), J. Culic, Z. Bartolo, J. Farrugia, G. Galea Curmi, M. Ortoleva, K. Agius

Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari (1), Z. Micallef, V. Gallo (5), G. Molina (3), S. Xerri de Caro, M. Fenech (1), K. Griscti, N. Paris, M. Martellacci (1), M. Aquilina (2), N. Saliba (2), F. Buhagiar, M. Paris Roding, L. Pursehouse

Referees: Ronnie Spiteri, Andrea Zedda

BIRŻEBBUĠA FREEPORT… 26

BARRACUDAS………………...... 13

(7-2), (8-4), (4-3), (7-4)

Il-logħba bejn tal-ewwel u tal-aħħar ma offriet l-ebda emozzjoni. Partita bla storja li fiha Birżebbuġa Freeport qatt ma kienu f’periklu li jitilfu l-logħba.

Birżebbuġa rebħu l-ewwel sessjoni 7-2 bl-Ungeriż Balasz Erdelyi jiskorja tripletta. B’distakk ta’ ħames gowls, Birżebbuġa setgħu jikkontrollaw il-logħba u prattikament għamlu ċert mir-rebħa fit-tieni sessjoni. B’erba’ gowls konsekuttivi kabbru l-vantaġġ għal 11-3, liema riżultat parzjali mmatura għal 15-6.

Fl-aħħar żewġ sessjonijiet, il-kowċ Pierre Borg kellu l-opportunità li juża l-plejers għad-dispożizzjoni tiegħu b’kumdità. Barracudas irnexxielhom jillimitaw ftit id-danni fit-tielet sessjoni għalkemm gowl ta’ Erdelyi rebbaħ is-sessjoni lil Birżebbuġa. Huma komplew jiddominaw fl-aħħar sessjoni.

Birżebbuġa: M. Sladden, P. Borg (4), N. Cassar, B. Grech (3), D. Brguljan (4), M. Manara, D. Cutajar, B. Erdelyi (7), K. Tanti (1), G. Mannino, M. Curmi (3), C.D. Borg, J. Sciberras (3), D. Farrugia (1)

Barracudas: I. Schembri, A. Piccione (1), A. Magri(2), P. Micallef, D. Ciantar, R. Sciortino (1), I. Gusarov (3), R. Latinovic (5), C. Bugeja, S. Apap, A. Mifsud (1), T.J. Mifsud, L. Abela, S. Debono Grech, W. Ruggier

Referees: Neville Mercieca, Luca Bianco