Internazzjonali

Ikkanċellati diversi titjiriet fl-Italja wara strajk ta’ 8 sigħat

Hekk kif matul l-istaġun tas-Sajf eluf ta’ Maltin kif ukoll turisti jżuru l-Italja kienu bosta li ġew affettwati minn strajk mill-ħaddiema ta’ diversi ajruporti fl-Italja – azzjoni ta’ 8 sigħat matul il-jum tas-Sibt.

Dan l-istrajk qed jaffetwa diversi titjiriet, inkluż dawk li kienu skedati li jitilqu minn pajjiżna.

L-istrajk tal-ground handling u l-ħaddiema taċ-check-in beda fl-10am u ġie fi tmiemu fis-6pm. Dan minħabba li l-ftehim settorjali tagħhom ilu li skada sitt snin.

Il-media Taljana qed tirreferi għal dan il-jum bħala “Is-Sibt l-Iswed”, minħabba li dan l-istrajk ħarbat għal kollox is-settur turistiku – f’nofs sajf meqjus bħala kruċjali għall-industrija.

L-ajruport ta’ Napli sofra l-għar konsegwenzi minn dan l-istrajk hekk kif 40% tat-titjiriet ġew ikkanċellati preċiżament 118-il titjira. Oriġinarjament kienu skedati 284 titjira.

Minn naħa l-oħra l-ajruport fi Trieste kkanċella żewġ titjiriet biss hekk kif 97 impjegat huma impjegati direttament mal-ajruport u għalhekk dawn ma kinux affetwati bl-istrajk nazzjonali. Fl-ajruport ta’ Ruma biss 200 titjira kellhom jiġu kkanċellati.

Iżda stampa differenti għal gżira ta’ Sardinja hekk kif madwar 90% tal-impjegati pparteċipaw f’dan l-istrajk. Rapporti qalu li 47 titjira kellhom jiġu kkanċellati filwaqt li tal-inqas 20 titjira oħra kienu mistennija li jesperjenzaw dewmien ta’ mill-inqas 3 sigħat. Dan l-istrajk affettwa wkoll diversi piloti li kellhom titjiriet is-Sibt waranofsinhar.

L-awtoritajiet lokali qed jistmaw illi huma aktar minn 270,000 il-persuna li ġew affetwati minn dan l-istrajk.