Internazzjonali

Il-President tal-Korea t’Isfel bi żjara sinifikanti fl-Ukrajna

Fl-aħħar 24 siegħa ir-Russja wettqet numru ta’ attakki b’artillerja varja f’diversi bliet fl-Ukrajna. Il-belt ta’ Kherson kienet attakkata ‘il fuq minn 70 darba bid-drones, tankijiet, rocket launchers fost artillerja oħra.

Zaporizhzhia ġiet attakkata 45 darba bejn il-Ġimgħa u s-Sibt. Rapporti qalu li kaġun ta’ dawn l-attakki kollha persuna tilef ħajtu fir-reġjun ta’ Donetsk.

Minn naħa l-oħra skond rapporti l-grupp merċenarju Wagner jinsabu l-Belarus jħarrġu lill-ġellieda tal-Belarus.

Fi żjara mill-aktar sinifikanti il-President tal-Korea t’Isfel wiegħed aktar għajnuna militari lill-Ukrajna…għajnuna li tammonta għal madwar $150 miljun. Barra minn hekk, il-Korea ta’ Isfel se tipprovdi għajnuna addizzjonali f’proġetti relatati mal-infrasstruttura f’Kiev.

Matul iż-żjara tiegħu l-President tal-Korea t’Isfel żar ir-reġjun ta’ Bucha kif ukoll Irpin…żewġ żoni residenzjali li ġew milquta minn attakki bil-missili.