F’post fuq Facebook, is-Segretarju Ġenerali tal-PN, Michael Piccinino qal kif “hija oxxenità kif l-aħbarijiet fl-aħħar jumejn ma rraportaw xejn dwar il-velja li qiegħda torganizza Isabelle Bonnici.”
Michael Piccinino qal li ma jippretendi xejn aħjar mis-Super One 2 li għażel li jaħbi kompletament li nhar it-Tnejn fit-8pm quddiem Kastilja se ssir velja favur Inkjesta Pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia.
Kien hawnhekk fejn is-Segretarju Ġenerali staqsa għaliex dak li suppost huwa x-xandir tan-nies qed iħalli lil Robert Abela jużah biex jaħbi l-ħażen tiegħu? U kompla jistaqsi lil min qegħdin jipproteġġu u x’qegħdin jaħbu?
Michael Piccinino qal li ħadd mhu ħa jinsa li meta kien il-mument tal-għażla, it-tmexxija tal-PBS għażlet li tkun kontra l-poplu u mhux miegħu.
//= $special ?>