Tal-anqas 22 persuna tilfu ħajjithom wara maltemp estrem li qed jolqot il-Korea t’Isfel. Dan hekk kif kaġun tal-maltemp il-Korea t’Isfel spiċċat b’għargħar kif ukoll milquta b’diversi valangi tat-tajn.
Rapporti qalu li x-xita qalila ilha nieżla mid-9 ta’ Lulju u intensifikat fl-aħħar 3 ijiem. Din ix-xita qalila mistennija li tkompli sal-Ħadd filgħaxija f’diversi reġjuni.
Fl-aħħar sigħat eluf ta persuni li jgħixu qrib diga kellhom jiġu evakwati wara tħassib kbir li din id-diga se tfur. Barra minn hekk, 14-il persuna għadhom rappurtati nieqsa filwaqt li 13-il persuna ġarrbu l-ġrieħi filwaqt li eluf ta’ persuni oħra jinsabu mingħajr provvista tad-dawl.
Il-maltemp qalil kkawża diversi inċidenti hekk kif ferrovija spiċċat tilfet il-kontroll iżda fortunatament ħadd me weġġa’ filwaqt li kaġun tal-valangi diversi binjiet spiċċaw ikkrollaw.
//= $special ?>