Daħlet fit-tieni jum tagħha il-maratona ġbir ta’ fondi ta’ sittin siegħa ‘Oħloq Tbissima’… maratona li qed isir għal 21 darba.
Bil-flus li se jinġabru se tkun attrezzata klinika li nbniet is-sena l-oħra bil-fondi tan-nies matul il-maratoni sabiex jghinu lill-fqar kollha li jiġu bżonn l-għajnuna.
Progett ieħor li qed isir hu li jinbnew djar fil-Fillipini għall-familji fqar li qedgħin f’xifer li jispiċċaw bla dar, dawk li jgħixu fi djar tal-kartun kif ukoll dawk li qedgħin bla saqaf fuq rashom.
Qed isir ukoll progett ieħor importanti – dak li jingħataw l-edukazzjoni meħtieġa hekk kif ħafna insara ma jkunux eliġibli għaliha.
Din il-maratona ser tkun qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet ewlenin, fosthom Net Television.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ li jipparteċipa billi jżur Dar ta’ San Ġużepp, f’Santa Venera filwaqt li jagħti l-kontribut finanzjarju tiegħu. Il-maratona Oħloq Tbissima tibqa’ għaddejja sal-Ħadd filgħaxija.
//= $special ?>