Mietet l-anzjana ta’ 72 sena li kienet nieżla t-taraġ, tfixklet u waqgħet f’residenza, b’riżultat li spiċċat fil-periklu tal-mewt għal dawn l-aħħar ħamest ijiem. Sfortunatament, l-isforzi tat-tim mediku fl-Isptar Mater Dei kien kollu għalxejn hekk kif hi spiċċat mietet.
L-inċident kien seħħ il-Ħadd filgħaxija għall-ħabta tal-10:30pm f’residenza fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi.