Franċiż ta’ 20 sena qed jissielet għal ħajtu wara li żelaq f’San Ġiljan waqt li kien miexi.
L-inċident seħħ il-Ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tat-8:30 fi Triq Ġorġ Borġ Olivier San Ġiljan.
Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Franċiż ta’ 20 sena sofra xi ġrieħi f’rasu wara li waqa’ waqt li kien miexi waħdu u żelaq.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji u li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>