Is-Sibt filgħaxija l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech żar il-Fiera l-Kbira li qed issir f’Monte Kristo Estate.
Mal-wasla tiegħu, Bernard Grech, akkumpanjta mis-Sinjura AnneMarie Grech, intlaqaw minn Sander u Daniel ta’ Danusan, kif ukoll Reuben Caruana, li kienu parti mill-organizazzjoni tal-Fiera l-Kbira.
Waqt din iż-żjara fil-Fiera l-Kbira, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kellu l-okkażjoni jitkellem ma’ diversi persuni li żaru din il-fiera kif ukoll numru ta’ esebituri li kienu qed jesebixxu l-prodotti tagħhom.
Bernard Grech fakkar kif il-Partit Nazzjonalista dejjem tkellem dwar il-bżonn li jkun hemm iżjed għajnuna u sapport għal kumpaniji lokali sabiex ikomplu jikbru u jimirħu, anke barra minn xtutna.
Il-Fiera l-Kbira bdiet fis-6 ta’ Lulju u tiġi fi tmiemha l-Ħadd 16 ta’ Lulju. Waqt din il-fiera kien hemm diversi kumpaniji lokali li kienu qed jippromwovu l-prodotti tagħhom, fosthom tal-għamara tad-dar, servizzi tas-sbuħija, prodotti għall-annimali, u kumpaniji tal-ivvjaġar, fost oħrajn.
Waqt din il-fiera kien hemm ukoll diversi kantanti u mużiċisti Maltin, kif ukoll diversi attivitajiet għat-tfal u għal familji kollha.
//= $special ?>