Lokali

Ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet tal-Korp tal-Pulizija

Numru ta’ uffiċjali, flimkien ma’ żewġ taqsimiet speċjalizzati ngħataw rikonoxximent, fosthom ċertifikat
ta’ Kommendazzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija; premju għall-Innovazzjoni u Kreattivita; premju
għall-Iżvilupp fit-Tmexxija; kif ukoll ingħata premju lil pulizija għall-impenn tiegħu lejn l-isport u filpromozzjoni tal-benesseri fiżika tal-uffiċjali tal-Korp. Ingħata wkoll il-Lifetime Achievement Award; kif
ukoll il-premju tal-Uffiċjal tas-Sena u tal-Uffiċjal Pajżan tas-Sena.

L-uffiċjali li ġew fl-ewwel post huma:

Ċertifikat ta’ Kommendazzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija – Rebbieħa : PC 282 Adrian Mackay u PC 1556 Michael Farrugia (Stazzjonati r-Rapid Intervention Unit RIU)

Dawn iż-żewġ pulizija urew kuraġġ, qlubija u kontroll meta wara li eżawrew l-opportunitajiet kollha
bil-komunikazzjoni, poġġew ħajjithom f’periklu imminenti biex issalvaw il-ħajja ta’ persuna li kienet
għaddejja minn mumenti diffiċċli ta’ saħħa mentali. Dan wetquh billi urew koordinament u teamwork
assolut. Bis-saħħa ta’ dawn iż-żewġ kuntistablijiet, il-persuna in kwistjoni salvat.

Uffiċjal tas-Sena – Rebbieħa : PC 2378 Kristy Xiberras (Stazzjonata fid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali)

PC2378 kontinwament timbotta l-limiti tagħha, anke bl-attitudni u l-etika tax-xogħol li tħaddan, kif
ukoll għandha sens qawwi ta’ altruwiżmu, mhux biss lejn ix-xogħol, iżda anka lejn il-kollegi tagħha.

Uffiċjal Pajżan tas-Sena – Rebbieħa : Graziella Formosa (Uffiċjal fit-Taqsima tal-Project Management)

Graziella Formosa ġiet ippremjata għall-impenn u l-konsistenza li taħdem bihom għalkemm ilha biss
ftit snin taħdem mal-Korp tal-Pulizija. Hija ontinwament tmur lil hinn mid-dmirijiet tax-xogħol tagħha
biex tassisti lil dipartimenti oħra fi ħdan il-Korp, sabiex tara li l-operat jibqa’ għaddej bl-aħjar mod
possibli.

Premju għall-Iżvilupp fit-Tmexxija – Rebbieħ : Supretendent Fabian Fleri (Stazzjonat fid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali)

Bis-sens ta’ tmexxija li jokkupa fil-kariga tiegħu, is-Supretendent Fleri dejjem isib mezzi biex joħroġ laqwa elementi mill-membri tal-iskwadra tiegħu u jrawwem kooperazzjoni bejn l-individwi. Dan flistess waqt li jieħu ħsieb jissalvagwarda il-bennesseri ta’ kull uffiċjal fdat lilu u jmantni operat effettiv
u effiċjenti.

Premju għall-Innovazzjoni u Kreattivita – Rebbieħ : PS 1304 Christopher Seychell (Stazzjonat fit-Tieni Distrett)

Waqt li wera livell ta’ tmexxija b’saħħitha max-shift tiegħu, is-Surġent Seychell wera konsistenza filqadi tad-dmirijiet tiegħu u huwa anke kreattiv fil-mod kif jaffaċċja investigazzjoni li tkun tidher xi ftit
diffiċli.

Lifetime Achievement Award – Rebbieħ : Spettur Joseph Mercieca (Stazzjonat fid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali)

L-Ispettur Mercieca ġie rikonoxxut għall-esperjenza vasta f’dak kollu li għandu x’jaqsam ma’
investigazzjonijiet kriminali u għall-ammont ta’ pariri siewja li hu tant imfittex għalihom. Fix-xogħol
tiegħu, l-Ispettur Mercieca juri s-sens ta’ impenn, professjonaliżmu u dedikazzjoni totali fuq bażi
konsistenti ta’ ‘il fuq minn ħamsa u għoxrin sena ta’ investigazzjonijiet kriminali kumplessi.

Premju għall-Impenn fl-iSport u fil-Promozzjoni tal-Benesseri Fiżika – Rebbieħ : PS794 Gilbert Lia (Stazzjonat fil-Kamra tal-Kmand u Kontroll

Is-Surġent Lia ngħata dan il-premju għall-impenn tiegħu lejn l-isport u s-sehem li jagħti fil-promozzjoni
tal-benesseri fiżika tal-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija. Bl-insistenza u dedikazzjoni ma taqta’ xejn, PS Lia
jorganizza sena wara oħra, avvenimenti sportivi għall-membri tal-Korp, fejn permezz tagħhom tissaħħaħ l-għaqda bejn l-uffiċjali filwaqt li jitħrares il-benesseri tal-membri involuti.

Team tas-Sena – Rebbieħ : Special Intervention Unit (SIU)

L-Iskwadra tas-Special Intervention Unit ġiet ippremjata għall-professjonalità u d-dedikazzjoni li turi ,
u waqt li l-uffiċjali ta’ din l-iskwadra itejbu l-immaġni tal-pulizija mal-pubbliku, huma dejjem assistew
lil taqsimiet oħra meta jitolbu forma ta’ sigurtà.