Lokali

Illejla tiġi fi tmiemha l-maratona ‘Oħloq Tbissima’

Daħlet fl-aħħar jum tagħha il-maratona ‘Oħloq Tbissima’, maratona ta’ 60 siegħa li bdiet nhar il-Ġimgħa li għadda u tiġi fi tmiemha illejla f’nofsillejl… maratona bl-għan li jinġabru l-flus għan-nies fil-bżonn fil-Fillipini, fil-Peru u fil-Pakistan.

Il-flus miġbura se jintużaw fost l-oħrajn sabiex tkompli l-ħidma fi klinika li nbniet fil-Peru s-sena li għaddiet proprju permezz tal- fondi li nġabru mill-poplu Malti u Għawdxi f’dawn il-maratoni annwali.

Proġett ieħor hu li jinbnew djar fil-Fillipini għall-familji fil-bżonn li qegħdin fix-xifer li jispiċċaw bla dar, għal dawk li jgħixu fid-djar tal-kartun, u għal dawk li m’għandhomx saqaf fuq rashom.

Il-fondi miġbura se jintużaw ukoll għal proġett ieħor sabiex dawk in-nies li mhumiex eliġibbli għal edukazzjoni, jingħataw it-tagħlim meħtieġ.

Il-pubbliku qed ikun imħeġġeġ sabiex f’dawn l-aħħar ftit sigħat ta’ din il-maratona iżur Dar ta’ San Ġużepp f’Santa Venera u jkun ġeneruż billi jagħti l-kontribut finanzjarju tiegħu.

Min jixtieq jagħti donazzjoni jista jagħmel dan fuq:

  • €25 – 51802009
  • €50 – 51902080
  • Pledge ta’ €300 jew aktar – 21445544
  • SMS €11.65 – 50619285
  • BOV MOBILE APP – 79202035
  • Donazzjoni permezz ta din il paġna: ohloqtbissima.com