Futbol Sport

Messi uffiċjalment plejer ta’ Inter Miami

Lionel Messi ffinalizza l-ftehim tiegħu biex jingħaqad mal-Major League Soccer, u wara snin ta’ ppjanar finalment, Inter Miami kisbu s-servizzi ta’ stilla ta’ fama dinjija.

Il-kuntratt ta’ Messi sar uffiċjali nhar is-Sibt, ftit aktar minn ħames ġimgħat wara li ddikjara li kien se jmur ma’ Inter Miami. It-tim se jintroduċih il-Ħadd filgħaxija fl-istadium tiegħu f’Fort Lauderdale, u l-ewwel partita f’daru tal-era Messi tista’ tkun kmieni il-Ġimgħa d-dieħla f’logħba tat-Tazza tal-Leagues kontra Cruz Azul.

Konferenza tal-aħbarijiet formali hija skedata għat-Tnejn, u l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ tiegħu mal-klabb il-ġdid tiegħu hija mistennija nhar it-Tlieta. Il-klabb ħabbar li l-ftehim ta’ Messi se jkun għal żewġ staġuni u nofs u se jħallas lill-istilla Arġentin bejn $50 miljun u $60 miljun fis-sena, bil-valur totali tal-kuntratt ikun bejn $125 miljun u $150 miljun.