Sid ta’ bar qed jinżamm fil-kustodja tal-Pulizija wara li kien akkużat li għamel avvanzi sesswali fuq tfajla ta’ 16-il sena li taħdem fl-istabbilment tiegħu.
Ir-raġel, li ismu ma jistax jiġi ppublikat b’ordni tal-Qorti, instab ħati li mess it-tfajla b’mod indiċenti u li għamel avvanzi sesswali li t-tfajla ma tatx l-kunsens tagħha għalihom.
Il-każ nstema’ quddiem il-Maġistrat Abigail Critien, fejn il-prosekuzzjoni magħmula mir-rappreżentanta tal-Avukat Ġenerali Danika Borġ u l-Ispettur Daryl Borg, ħarrku lir-raġel fuq atti immorali u fastidju sesswali.
Madanakollu, l-avukati tad-difiża Franco Debono, Jose Herrera u Marion Camilleri qalu lill-Qorti li r-rapport tal-fastidju sesswali ġie wara li l-akkużat ikkonfronta lill-vittma fuq flus nieqsa mill-istabbilment fejn ilha taħdem għall-ftit xhur. Għal din ir-raġuni huma qalu li hemm element ta’ tpattija fir-rapport li sar fuq l-akkużat, li qatt ma ġie akkużat b’reat kriminali.
Minkejja dan, il-Maġistrat Critien qalet li minħabba li l-vittma għadha taħt l-età, xorta waħda trid tixhed fil-Qorti, u hemm r-riskju li l-akkużat jista’ jinfluwenza x-xhieda tagħha. Tant hu hekk, li rrifjutat li teħilsu mill-arrest u għalhekk għadu fil-kustodja tal-Pulizija.
//= $special ?>